STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI

Reference Number: PR143019, Press Release Issue Date: Dec 30, 2014
 
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jagħmel awditjar dwar il-mod kif tiġi aċċessata s-sistema tar-rapporti fil-Korp tal-Pulizija. Dan wara li lbieraħ ġie allegat fil-Qorti, f’kawża li għadha fi stadju ta’ kumpilazzjoni, li hija prattika komuni fil-Korp tal-Pulizija li xi membri tal-Korp jużaw passwords ta’ xulxin.
 
Il-Ministru sostna li jekk din hija l-prattika, din mhijiex aċċettabbli u għandha tieqaf minnufih.
 
Huwa talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga s-sistema preżenti permezz tal-awtoritajiet kompetenti ħalli jipproponu t-triq 'il quddiem. Dan il-proċess għandu jitlesta sal-aħħar ta' Jannar 2015.