19-IL ENTITÀ SPORTIVA JIBBENEFIKAW MINN SKEMI DIVERSI TA’ FONDI TAL-KMS

Reference Number: PR143024, Press Release Issue Date: Dec 31, 2014
 
Il-Kunsill Malti għall-Isport huwa kommess li jgħin sabiex l-assoċjazzjonijiet / federazzjonijiet sportivi Maltin u l-atleti tagħhom jilħqu l-livell professjonali fl-operat tagħhom.  Dan jintlaħaq mhux biss bil-programmi offruti mill-istess KMS imma wkoll bl-għotjiet ta’ assistenza permezz ta’ skemi diversi, bl-għan li l-assoċjazzjonijiet / federazzjonijiet sportivi jkunu wkoll awtosuffiċjenti.
 
Kienu 19-il għaqda li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza tal-Kunsill Malti għall-Isport. Dawn l-għaqdiet applikaw u kienu eligibbli biex jibbenefikaw minn fondi taħt diversi skemi fosthom, dawk li:
1.      Ikopru n-nefqa kapitali
2.      Għotja għal xiri ta’ tagħmir tekniku
3.      Skema għall-investiment fil-faċilità
4.      Skema għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali
5.      Turiżmu sportiv
6.      Skemi intenzjonati għall-iżvilupp tal-atleti
 
L-għotjiet ingħataw mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius flimkien maċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil.