STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI: Strateġija ġdida dwar l-immigrazzjoni toħloq bilanċ bejn id-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà

Reference Number: PR152933, Press Release Issue Date: Dec 30, 2015
 
 
Strateġija ta’ akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-ażil u immigranti irregolari qed tiġi ppubblikata mill-Ministeru għall-Interni u s-Sigurtà Nazzjonali, wara perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika.

Waqt laqgħa li saret ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-qasam tal-migrazzjoni, il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li din l-istrateġija aċċertat l-adozzjoni ta’ kif inħasu lejn l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-ażil u l-immigranti rregolari. Huwa saħaq li din l-istrateġija hija ntiża biex jinħoloq bilanċ bejn il-ħtiġijiet umanitarji u r-rekwiżiti ta’ sigurtà. L-għan huwa li jiġi żgurat li d-drittijiet ta’ dawk li jfittxu ażil ikunu assigurati mingħajr ma jipperikola s-sigurtà tal-pajjiż.​​
 
Il-Ministru Abela qal li l-miżuri jissodisfaw il-kriterji meħtieġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sentenzi tagħha relatati ma’ Malta. Bl-istess mod, huma konformi mal-istandards għoljin li joħorġu minn leġislazzjoni tal-UE permezz tad-Direttiva Ewropea dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza.

Id-dokument jipprovdi għal sistema għall-akkoljenza inizjali tal-migranti li jkunu għadhom kif jaslu, kif ukoll għal inizjattivi marbutin mad-detenzjoni u l-akkomodazzjoni fiċ-Ċentru Miftuħ. Dan kif wiegħed il-Gvern li ma jżommx minuri u persuni vulnerabbli f’Ċentri ta’ Detenzjoni.

Il-Ministeru se jkun qed jaħdem lejn l-implimentazzjoni, li jindirizza r-riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ akkoljenza f’Malta u jsaħħaħ il-proċeduri li jiddentifikaw dawk li huma verament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali.

Il-Ministeru Carmelo Abela ħa l-opportunità biex jesprimi l-gratitudni lejn dawk kollha li pparteċipaw, b’mod partikolari l-NGOs għall-kontribuzzjoni tagħhom. 

Id-dokument bit-titlu “Strategy for the Reception of Asylum Seekers and Irregular Migrants” huwa aċċessibli minn fuq dan il-link:  https://homeaffairs.gov.mt/en/MHAS-Information/Documents/Migration%20Policy%20181215.docx

Filmat : https://youtu.be/WVBSDTK4nkE