STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida

Reference Number: pr152935, Press Release Issue Date: Dec 30, 2015
 
Il-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jsir fit-3 ta’ Jannar li ġej, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. Il-kunċert, taħt l-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, se jkun jikkonsisti fi programm vokali u instrumentali mit-tenur Malti Nico Darmanin akkumpanjat mill-Orkesta Filarmonika Maltija taħt it-tmexxija tas-surmast Joseph Debrincat. 
 
Il-progamm se jkun qed jinkludi siltiet popolari, fosthom mill-kompożituri Tchaikovsky, Donizetti, u mill-kompożitur Malti Charles Camilleri.
 
Wieħed jista’ jakkwista dawn il-biljetti  b’donazzjoni ta’ 5 ewro b’risq il-Malta Community Chest Fund, mis-sit www.mcc.com.mt.