STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

Reference Number: PR172973, Press Release Issue Date: Dec 31, 2017
 

B’referenza għall-artiklu li deher illum il-31 ta’ Diċembru fuq il-gazzetta Il-Mument bit-titlu, ‘Iċ-Ċiniż salvat f’mument kruċjali waqt li kien se jagħmel suwiċidju b’xi lożor’, mhux veritier. 

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wara li vverifika r-rapport ma’ uffiċjali tal-Facilità Korrettiva ta’ Kordin, kien infurmat li l-inċident li saret referenza għalih ma seħħx, u qed jiġi kkundannat bis-sħiħ l-aġir irresponsabbli tal-ġurnal li jippubblika xnigħat infondati.​