STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ‘Il fuq minn 30 student għall-kors tal-infermiera tan-Northumbria University f’Malta

Reference Number: PR172537, Press Release Issue Date: Nov 10, 2017
 

Minn Ottubru li għadda, ‘il fuq minn 30 student bdew jattendu għall-kors tal-infermiera tan-Northumbria University,  li qiegħed isir f’Malta b’kollaborazzjoni bejn l-MUMN, l-MCAST u VGH.


Waqt li żar lill-istudenti waqt l-istudji tagħhom, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li għalkemm fl-aħħar erba’ snin żdied in-numru ta’ infermiera fil-qasam pubbliku b’400, xorta għad hemm bżonn ta’ aktar infermiera oħra biex naqdu l-ħtiġijiet li dejjem jikbru fil-qasam tas-saħħa.


“Ta’ kull sena qegħdin inżidu s-servizzi, niftħu dejjem aktar kliniċi speċjalizzati u dejjem qegħdin jinfetħu ċentri u sptarijiet ġodda kemm fil-qasam pubbliku, kif ukoll fil-privat u għalhekk dejjem ninkoraġgixxu aktar żgħażagħ biex jagħżlu karriera fin-nursing,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.


Id-Deputat Prim Ministru faħħar ukoll il-kollaborazzjoni bejn il-qasam tal-Edukazzjoni, dak tas-Saħħa, l-MUMN u VGH li wassal biex il-ħolma li l-Universita ta’ Northumbria tkun rappreżentata f’Malta ssir realta.​