|
Il-konsultazzjoni pubblika hija proċess regolatorju li permezz tiegħu l-Gvern ifittex li jikseb l-input taċ- ċittadini rigward affarijiet li jaffettwawhom. Permezz ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni l-Gvern itejjeb l-effiċjenza, it-trasparenza, u s-sehem pubbliku fl-implimentazzjoni ta’ proġetti, l-approvazzjoni ta’ liġijiet u l-formulazzjoni ta’ linji politiċi ġodda. Matul il-konsultazzjoni pubblika, il-Gvern jgħarraf u jinforma lill-pubbliku dwar il-proġett, il-linji politiċi jew il-liġi li jkun ser jintroduċi. Wara dan, iseħ ħ proċess ta’ konsultazzjoni u skambju ta’ ideat mal-partijiet interessati kollha. Fl-aħ ħar nett jiġu mistiedna korpi kostitwiti u organizzazzjonijiet rappreżentattivi biex jipparteċipaw fl-abbozzar ta’ linji politiċi u leġislazzjoni. Il-popolarizzazzjoni tal-Internet u l-avvanz tal-Web ikomplu jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-pubbliku u l-Gvern. Il-konsultazzjoni pubblika online tagħmel parti minn sistema ta’ e-Government inklussiva li tagħmel użu mill-Web, l-e-mail, SMS kif ukoll kanali elettroniċi ta’ komunikazzjoni oħrajn biex tiżgura aċ ċess wiesa’ għal dawk is-sezzjonijiet kollha tal-pubbliku li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Minn żmien għal żmien, il-Gvern nieda numru ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi online bħal dawn. Inkoraġ ġit mis-suċ ċess li kellhom dawn l-inizjattivi, il-Gvern, permezz tal-iSmart Island National ICT Strategy ikkommetta ruħu li jwaqqaf online channel ta’ komunikazzjoni bejn il-pubbliku u l-Gvern li permezz tiegħu joħloq lok għal konsultazzjoni u feedback bejn iż- żewġ partijiet. Dawn li ġejjin huma listi ta’ inizjattivi ta’ konsultazzjoni pubblika online li huma disponibbli u oħrajn li ġew magħluqa dan l-aħ ħar. Inizjattivi ta’ konsultazzjoni pubblika online li għadhom attivi:
1. Konsultazzjoni pubblika dwar ir-rwol tal-missirijiet. Il-kumitat parlamentari dwar l-Affarijiet Socjali qed iniedi konsultazzjoni pubblika dwar ir-rwol tal-missirijiet fil-familja u trobbija ta’ l-ulied. Id-dokument jinsab fuq il-websajt http://www.parliament.gov.mt/socialaffairscommittee. Is-sottomessjonijiet jistghu jintabghtu fl-indirizz Hon. Edwin Vassallo MP, Chairman tal-Kumitat, il-Kamra tad-Deputati, il-Belt Valletta jew fuq l-indirizz elettroniku: socialaffairs.parliament@gov.mt.
2. It-Tisħiħ tal-Kura tas-Saħħa Primarja – Dokument ta’ konsultazzjoni dwar it-tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa tal-kura primarja. Għal aktar informazzjoni jew biex tagħti suġġerimenti tiegħek ċempel 188 jew ibgħat email lil primaryhealth@gov.mt. Tista wkoll izzur is-sit www.sahha.gov.mt. Ministeru għhall-Politika Soċjali
3. Surveys dwar l-e-Government User Satisfaction u dwar l-Adozzjoni tal-e-Government; Aġenzija Maltija tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija (MITA) http://www.mygov.mt/survey
Inizjattivi riċenti li m’għadhomx attivi għall-konsultazzjoni pubblika:
1. Proċess ta' konsultazzjoni mniedi milli-Speaker dwar it-tisħiħ tas-sistema u l-proċess Elettorali. Is-sottomessjonijiet bil-miktub minn individwi u partiti għandhom jaslu għand Mr. Speaker mhux aktar tard mill Ġimgħa 18 ta' Diċembru 2009. Is-sottomessjonijiet jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku selectcommitte@gov.mt jew inidirizzati lil Mr Speaker, il-Kumitat Magħżul, il-Kamra tad-Deputati, Valletta.
2. Dokument ta' Konsultazzjoni dwar l-Applikazzjoni ta' Skemi li jsaħnu/jkessħu l-ilma ta' taħt l-art f'Malta u Gawdex; Awtorita' Maltija tar-Riżorsi (MRA); http://www.mra.org.mt 3. Pre-Budget 2010 Public Consultation Document – Growth, Jobs and Social Cohesion; Ministry of Finance, the Economy and Investments (MFEI); http://www.budget2010.com.mt/media/Pre-Budget2010.pdf
4. Dokument ta’ Riformi fil-MEPA, Preżentazzjoni tar-Riformi tal-MEPA, Feedback fuq ir-Riforma tal-MEPA; Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) https://opm.gov.mt/mepa
5. Dokument ta’ Konsultazzjoni dwar Modi ta’ Trasport Alternattiv:Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) https://mitc.gov.mt/MediaCenter/PDFs/1_Alternative%20Transport%20modes.pdf
6. Dokument ta’ Konsultazzjoni dwar emendi għal diversi Liġijiet tal-Komunikazzjoni; Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) https://mitc.gov.mt/MediaCenter/PDFs/1_MITC-Consultation%20Booklet.pdf
7. Riforma tat-Trasport Pubbliku f’Malta u Għawdex; Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) https://mitc.gov.mt/page.aspx?pageid=156
8. Regolamenti dwar l-Evitar ta’ Danni lill-Proprjetà ta’ Partijiet Terzi, Abbozz għal Konsultazzjoni Pubblika, 5 ta’ Mejju 2009; Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) http://www.mrra.gov.mt/htdocs/docs/avoidance%20of%20damage%20to%20third%20party.pdf
9. Att dwar ir-Regolamenti tal-Bini, Abbozz għal Konsultazzjoni Pubblika, 5 ta’ Mejju 2009; Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) http://www.mrra.gov.mt/htdocs/docs/act%20building%20regulations%20draft.pdf
10. Il-Ħtieġa għal Wind Farms u dokumenti relatati; Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) http://www.mrra.gov.mt/windfarms.asp
11. Dokument dwar il-Politika tal-Enerġija, Proposta għal proposta dwar l-enerġija għal Malta; Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) http://www.mrra.gov.mt/htdocs/docs/Energy%20Policy%20for%20Malta.pdf
12. Dokument ta’ Qabel il-Baġit 2009; Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (MFEI) http://finance.gov.mt/page.aspx?site=MFIN&page=prebudget09
13. Programm ta’ Riforma Nazzjonali 2008 – 2010 – Dokument ta’ Konsultazzjoni ta’ Livell Għoli; Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (MFEI) u l-Management Efficiency Unit (MEU), Uffiċ ċju tal-Prim Ministru http://finance.gov.mt/image.aspx?site=MFIN&ref=NRP%202008-2010
14. Kwestjonarju għal Ġenituri ta’ Studenti f’Livell Primarju u Sekondarju (skejjel tal-Istat u oħrajn) f’Malta u Għawdex rigward il-Provvista ta’ Uniformijiet, Kotba u Stationery tal-Iskola; Uffiċ ċju għal Kompetizzjoni Ġusta, Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (MFEI) http://www.finance.gov.mt/page.aspx?site=MFIN&page=consultation001
15. Il-Liġijiet tal-Kera, Il-ħtieġa għal Riforma, Sostenibbiltà, Ġustizzja u Protezzjoni; Ministeru għall-Politika Soċjali (MSOC) http://www.finance.gov.mt/
|