Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr142493

PR142493

27/10/2014

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, MICHAEL FALZON, U L-KAP TAĊ-ĊIVIL, MARIO CUTAJAR, JIEĦDU SEHEM FIL-‘5TH PUBLIC SERVICE MINISTERS BIENNIAL FORUM’ TAL-PAJJIŻI TAL-COMMONWEALTH

 
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, u l-Kap taċ-Ċivil, Mario Cutajar, riċentement hadu sehem fil-‘5th Public Service Ministers Biennial Forum’, tal-pajjiżi tal-Commonwealth, li saret f’Putrajaya, fil-Malasja.
 
Matul dan il-forum, illi kellu attendenza tajba minn pajjiżi tal-Commonwealth, ġew diskussi diversi temi, illi jirrigwardjaw fost oħrajn lis-Servizz Pubbliku u r-rwol illi dan għandu jkollu fid-dinja tal-lum, fejn l-enfasi qiegħda dejjem tiżdied fuq l-effiċjenza u l-kontabilità.
 
Il-kelliema preżenti qasmu l-esperjenzi differenti tal-pajjiżi rispettivi tagħhom fejn tidħol l-Amministrazzjoni Pubblika, fuq kif din għandha tiffunzjona, u kif għandha tirrelata mal-istituzzjonijiet l-oħra tad-diversi pajjiżi.
 
Ta’ min hawn isemmi wkoll, illi pajjiżna dejjem kellu rwol attiv fi ħdan il-Commonwealth. Fil-fatt, is-sena d-dieħla, pajjiżna se jospita l-laqgħa tal-kapijiet tal-Istati tal-Pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM).
​​​