gov.mt

pr152573

PR152573

17/11/2015

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

It-talba għall-għajnuna u għall-assistenza mir-Repubblika ta’ Franza saret referenza għaliha fil-livell ta’ Kunsill skont it-Trattat tal-Unjoni Ewropea.
 
Issa jmiss serje ta’ laqgħat bilaterali f’livell ta’ stati membri. Jekk u meta Malta  tintalab speċifikament l-għajnuna, Malta ser twieġeb għal din it-talba skont il-Kostituzzjoni Maltija, kif provduti mit-Trattati.
 
Il-Gvern ingħata parir mill-Avukat Ġenerali, li l-fatt li stat membru jitlob l-għajnuna permezz tal-klawżoli fit-Trattat ta’ Liżbona, ma jfissirx jew ma jwassalx neċessarjament għall-azzjonijiet li jiksru l-klawżoli ta’ newtralità, protetti bil-Kostituzzjoni ta’ Malta.