B’referenza
għall-istorja ppublikata minn The Times illum, intitolata ‘Speaker
answers Chief Justice’, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni jippreċiża
li m’huwa minnu xejn li ma weġibx għad-domandi tal-ġurnal kif ivvintat
fl-imsemmi artiklu.
Bil-kontra,
ir-risposti ntbagħtu lill-ġurnalist fl-istess jum li ntalbu, l-għada ta’ storja
oħra ppublikata mingħajr ma ntalbet reazzjoni, u qabel is-sitta ta’ filgħaxija
li ċertament huwa fil-ħin għall-istampar ta’ The Times.
Fir-risposti
tiegħu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni spjega kif it-tibdil fil-protokoll ma
jirrelega bl-ebda mod lill-Ġudikatura. Is-Sur Cutajar wieġeb li l-Ispeaker
tela’ żewġ postijiet fil-lista ta’ preċedenza biex tkun riflessa leġislazzjoni
riċenti li daħlet fis-seħħ b’mod unanimu wara snin twal ta’ diskussjoni u
rapporti dwar l-awtonomija tal-Parlament bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Il-Prim
Imħallef għadu fil-fatt fl-ewwel kategorija ta’ din il-lista ta’ preċedenza.
L-Imħallfin żammew il-pożizzjoni tagħhom filwaqt li l-Maġistrati telgħu numru
ta’ postijiet biex din il-pożizzjoni tkun tirrifletti r-responsabbilitajiet
tagħhom.
Is-Segretarju
Permanenti Ewlieni wieġeb ukoll kif il-leġislazzjoni rispettiva favur
il-Parlament u l-President tal-Kamra kienet u għadha fid-dominju pubbliku wara
li kienet ippublikata xhur ilu. L-ordni l-ġdida ta’ preċedenza kienet ukoll
iċċirkolata kmieni f’Novembru li għadda bil-mezzi normali fis-servizz pubbliku
li jwasslu għall-Ministeri u d-Dipartimenti kollha.
It-tweġibiet
li ntbagħtu, u li l-gazzetta The Times qalet li ma ntbagħtux, qed jiġu
ppublikati ma’ din l-istqarrija.
pr162991a.pdf