Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr160206

PR160206

02/02/2016

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: Ftehim ġdid għas-CIO’s fi ħdan is-Servizz Pubbliku

Waqt seminar organizzat għaċ-Chief Information Officers bħala parti mill-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar ħabbar li l-istruttura taċ-Chief Information Officers fi ħdan il-Ministeri, se tkun miġbura fi klassi għaliha. Dan hekk kif inħass nuqqas fl-istruttura, bic-CIO’s issa jagħmlu parti integrali mis-Servizz Pubbliku.

Permezz ta’ din il-klassi l-ġdida, is-CIO’s se jkunu f’pożizzjoni aħjar li jimplimentaw il-viżjoni għas-Servizz Pubbliku, dik ta’ servizz erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, matul is-sena kollha. Is-Sur Cutajar spjega li dan se jkun jista’ jsir b’kordinazzjoni sħiħa bejn is-CIO’s infushom b’kollaborazzjoni mas-Segretarji Permanenti rispettivi tagħhom.

Tkellem dwar il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni ta’ formoli online u kif issa, aktar minn qatt qabel, dan se jkun jista’ jsir b’mod iktar armonizzat. Il-pass li jkun imiss huwa it-twaqqif ta’ one stop shop online u l-faċilità ta’ mobile app fis-sena 2017.

Matul il-konferenza ġew diskussi ċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov kif ukoll servizzi offruti lis-sidien tan-negozji.