gov.mt

PR181129

PR181129

21/05/2018

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Mat-22,000 ruħ ħadu sehem fl-attivitajiet tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku fil-‘weekend’

Iż-żewġ attivitajiet organizzati s-Sibt u l-Ħadd li għaddew bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018 kienu suċċess kbir, tant li ħadu sehem fihom mat-22,000 ruħ.

L-attivitajiet kienu open weekend mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-istazzjon tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far u open day minn Heritage Malta li matulha nfetħu l-mużewijiet u s-siti storiċi ta’ Malta bla ħlas.

Aktar minn 19,000 persuna l-Ħadd ħadu l-opportunità li jidħlu b’xejn f’dawn il-mużewijiet u siti, bl-aktar postijiet popolari jkunu l-Armerija tal-Palazz, it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Forti Sant’ Iermu.

’ll fuq minn 2,000 persuna żaru l-open weekend tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn raw mill-qrib il-ħidma vasta ta’ dan id-dipartiment, filwaqt li ngħataw tagħrif dwar kif jevitaw inċidenti li jistgħu jinqalgħu. 

Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018, bit-tema ‘Servizzi Pubbliċi għand Kulħadd Kullimkien’, tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju, b’diversi attivitajiet maħsuba biex tkun rikonoxxuta l-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi, biex il-pubbliku jkollu aktar għarfien dwar din il-ħidma u biex isiru konsultazzjonijiet mal-klijenti tas-Servizz Pubbliku.

 
​​