gov.mt

pr182577

PR182577

30/11/2018

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Servizzi ġodda aċċessibbli mill-‘mobile’

Il-firxa tas-servizzi offruti mis-servizz pubbliku qed tkun estiża permezz ta’ 26 servizz ġdid li jvarjaw minn mobile apps, responsive websites u servizzi ġodda li se jiżdiedu ma’ dawk diġà eżistenti.

Dawn is-26 servizz jikkonċernaw: il-proprjetà intelletwali, l-inċentivi għan-negozji, il-biedja, ARMS, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-għaqdiet volontarji, is-servizzi soċjali, kalkulazzjoni ta’ taxxa, safar, kondotti u qrati, kultura u servizzi oħrajn.  

Waqt it-tnedija uffiċjali tal-mservices, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar spjega li preżentament l-mservices jintużaw minn 90,000 klijent kull xahar. Dawn jikkonsistu f’aċċess għal 600 eform u one-stop-shop online li jużawh aktar minn 100,000 persuna kull xahar. 

Is-Sur Cutajar semma li dan kollu jagħmel parti minn servizz.gov li biddel il-mod kif jingħata s-servizz pubbliku li minn issue problematika issa din il-pjattaforma se tieħu premjijiet internazzjonali prestiġjużi. Hawnhekk fakkar li Malta ġiet fit-tielet post tal-European Quality of Life Survey u l-ewwel post fejn jidħol egovernment mill-Kummissjoni Ewropea li tatna l-ewwel post fejn għandu x’jaqsam il-focus fuq il-user, fit-trasparenza, il-cross border mobility u d-disinn tat-teknoloġija.

Tul it-tnedija tal-mservices, tnediet ukoll id-dehra l-ġdida ta’ gov.mt li se twassal ukoll għas-servizzi li joffri l-Gvern online u li hi aċċessibbli wkoll mill-mobile. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni fisser li minn fuq gov.mt, wieħed jista’ jaċċessa tagħrif dwar Malta, dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Gvern, arkivji ta’ stqarrijiet u l-gazzetti tal-gvern kif ukoll tagħrif immirat lejn il-barranin li qed ifittxu informazzjoni dwar Malta. 

Is-Sur Cutajar spjega li l-istrateġija tas-servizz pubbliku hi li s-servizzi jkunu mill-aktar viċin tan-nies u għandha tibqa’ ssir ħidma biex aktar nies ikunu mħeġġa jużaw l-egovernment. B’dan il-mod tintlaħaq il-viżjoni li s-servizzi pubbliċi jkunu aċċessibbli għal kulħadd minn kullimkien 24/7.