Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr190191

PR190191

01/02/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA:2,880 qabar ġdid u restawr fl-Addolorata b’investiment ta’ aktar minn 17-il miljun ewro

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar proġett ta’ restawr u ta’ estensjoni tal-ikbar ċimiterju f’pajjiżna.


Fiċ-ċimiterju tal-Addolorata, proġett ta’ 17-il miljun ewro se jissarraf f’2,880 qabar ġdid kif ukoll restawr fuq il-kappella u l-grada taċ-ċimiterju. Dan filwaqt li tinżamm il-manutenzjoni tal-post. L-oqbra l-ġodda se jiżdiedu mas-16,000 qabar li hemm fl-Addolorata fejn hemm madwar 300,000 ruħ midfuna.

Ix-xogħol fuq l-oqbra l-ġodda se jsir fuq perjodu ta’ tliet snin filwaqt li r-restawr fuq dan il-ġojjel arkitettoniku mistenni jieħu sitt snin biex jitlesta.

Kollox se jsir paripassu mal-istil Neo Gotiku eżistenti taċ-ċimiterju – mibni lura fl-1869 mill-Perit Emmanuel Luigi Galizia.

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa temm li “wara għexieren ta’ snin ta’ tkaxkir tas-saqajn minn amministrazzjonijiet preċedenti li matulhom ma sar xejn, fl-aħħar iċ-ċimiterju tal-Addolorata se jkun qed ikompli jikber.”

Kull min jixtieq japplika biex jixtri qabar jista’ jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tas-Saħħa.