Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr190003

PR190003

03/01/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Xogħlijiet għall-estensjoni taċ-ċimiterju Omm tal-Ħniena fil-Mellieħa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar ix-xogħlijiet li qed isiru fiċ-ċimiterju Omm tal-Ħniena fil-Mellieħa. B’din l-estensjoni, f’dan iċ-ċimiterju se jkun hemm 68 qabar privat ġdid kif ukoll tmien oqbra oħra li se jibqgħu tal-gvern u li se jintużaw bħala oqbra tal-komun. Dan iċ-ċimiterju se jibqa’ taħt ir-responsabilità tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. 


Fil-ġimgħat li ġejjin, dawk kollha li kienu urew ix-xewqa li jixtru qabar f’dan iċ-ċimiterju se jkunu qed jiġu kkuntatjati biex jiġi ffirmat konvenju. 

Intant, id-Deputat Prim Ministru qal li x-xogħlijiet għall-estensjoni fiċ-ċimiterju ta’ Marija Addolorata waslu biex jibdew ukoll. L-estensjoni tal-Addolorata se tara 2,800 qabar ġdid.