Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr190014

PR190014

07/01/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 35 persuna ġew riferuti għall-Klinika tat-Transgender

Fil-ftit ġimgħat li ilha mwaqqfa, 35 persuna diġà ġew riferuti għall-Klinika tat-Transgender fl-Imtarfa. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fl-istess klinika. 

“Aħna Gvern li nemmnu li s-servizzi tas-saħħa għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd fis-soċjetà. Din hija l-ewwel klinika f’pajjiżna li tara l-ħtiġijiet mediċi uniċi ta’ persuni transgender f’pajjiżna. Din il-klinika hija pass ieħor konkret wara li s-sena li għaddiet ġiet mnedija l-politika għal servizzi tas-saħħa għal persuni transgender”, qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.

Fil-klinika tat-transgender persuni trans jingħataw kura minn team ta’ kliniku multidixxiplinarju magħmul minn dawn l-ispeċjalizzazzjonijiet: endokrinoloġija, uroloġija, ġinekoloġija, kirurġija plastika, psikjatrija, psikoloġisti, ħaddiema soċjali, terapisti tal-familja, patoloġisti tad-diskors u l-lingwa, u infermiera.