Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr190038

PR190038

11/01/2019

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

Dalgħodu ngħatat sentenza fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, preseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, li fiha ġew stabbiliti d-danni ċivili li għandhom jitħallsu lill-persuna li kienet weġgħet f’inċident sfortunat li kien seħħ nhar it-3 ta’ April 2014 li fih kien involut il-Ministru Owen Bonnici bil-vettura privata tiegħu. 


Il-Ministru Bonnici kien u għadu inxurjat b’mod sħiħ u dan il-ħlas se jiġi affetwat mid-dar tal-assigurazzjoni skont il-liġi.

F’dawn il-proċeduri l-Ministru ma kienx għamel oppożizzjoni għat-talba għal ħlas ċivili. Din naturalment iffaċilitat in-nuqqas ta’ dewmien fil-kawża. 

Il-ħlas likwidat mill-Qorti huwa ta’ €66,667.38 illi se jitħallsu mill-kumpanija assigurattriċi tal-Ministru skont il-liġi.

Il-Ministru jfakkar li l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista kienu wkoll ippubblikaw fis-26 ta’ Lulju, 2014 apoloġija fil-konfront tal-istess Ministru Bonnici wara insinwazzjonijiet bla bażi li kienu saru mill-istess xandir ftit wara l-inċident.