Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr190139

PR190139

25/01/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Apparat ġdid għall-kura tal-qalb f’Mater Dei

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura apparat ġdid għall-kura tal-qalb.
 
Dan l-apparat, il-Cardiopulmonary Exercise Test (CPET), huwa apparat li apparti li jiċċekkja l-qalb, jiċċekkja wkol il-pulmun. Dan l-apparat huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u nxtara b’investiment ta’ €100,000, li nofshom ingħataw mill-NGO Beating Hearts. 
 
Madwar 500 pazjent fis-sena jingħata s-servizz ta’ Cardiac Rehabilitation, bħalma hi s-CPET. 

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li dan mhuwiex l-uniku investiment li sar fl-aħħar ftit xhur fil-qasam tal-kardjoloġija. Fil-fatt huwa fakkar kif ftit tal-ġimgħat ilu ġiet inawgurata upgrade fil-Cathetisation Suite, kif ukoll sar investiment fl-Angiosuites.