Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr190163

PR190163

30/01/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u l-Iżrael fil-qasam tas-saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne iffirma ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u l-Iżrael fil-qasam tas-saħħa.


Id-Deputat Prim Ministru jinsab l-Iżrael bħala parti mid-delegazzjoni tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

L-ewwel ftehim ta’ kollaborazzjoni fil-qasam mediku bejn iż-żewġ pajjiżi ġie ffirmat fl-2013 f’Ġerusalemm. Dan il-ftehim se jiftaħ it-triq għal kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tax-xjenzi mediċi li fost l-oħrajn jara kollaborazzjoni fil-kwalità tas-servizzi tas-saħħa offruti, fil-prevenzjoni ta’ mard, fil-qsim ta’ informazzjoni f’konferenzi internazzjonali, fil-kollaborazzjoni għall-prevenzjoni, fil-preparazzjoni u fl-għarfien dwar inċidenti kimiċi.

Il-ftehim ġie ffirmat mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mill-Ministru għas-Saħħa tal-Istat ta’ Iżrael Yakov Litzman.