Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr191496

PR191496

05/07/2019

​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Impjegati ta’ MAPFRE MSVLIFE jirreġistraw bħala donaturi tal-organi

Numru ta’ impjegati tal-kumpanija MAPFRE MSVLIFE rreġistraw bħala donaturi tal-organi wara kampanja t’għarfien fuq is-suġġett li saret fost l-impjegati tal-istess kumpanija.

 
Waqt żjara li għamel fl-uffiċini tal-MAPFRE MSVLIFE, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lill-ħaddiema ta’ din l-inizjattiva filwaqt li faħħar il-ġest altruwistiku tagħhom, waqt li fakkar li kull donatur possibilment jista’ jsalva l-ħajja ta’ tmien pazjenti li jkun qed jistennew li jingħataw organi sabiex jgħixu ħajja aħjar.
 
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien milqugħ mil-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSVLIFE, David Curmi li min-naħa tiegħu wkoll wera l-apprezzament tiegħu lejn l-impjegati u sostna l-impenn tal-kumpanija fejn tidhol ir-responsabbiltà soċjali.