Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr191522

PR191522

08/07/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

​111 tabib ġdid bdew il-karriera tagħhom fis-servizz tas-saħħa 

111 tabib ġdid bdew il-karriera professjonali tagħhom fl-Isptar Mater Dei u fis-sistema tas-saħħa pubblika.
 
Minn dawn il-111 tabib, 101 huma Maltin. Aktar tard din is-sena mistenni jerġgħu jidħlu fis-servizz numru ta’ tobba oħra. 
 
Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awgura lit-tobba l-ġodda li ngħaqdu fis-settur tas-saħħa f’pajjiżna.
 
“Inħossni onorat li s-settur tagħna ta’ kull sena jkun mogħni b’tant professjonisti ġodda. Hu biss bis-saħħa ta’ dawn it-talenti ġodda li jingħaqdu mal-kumplament tal-professjonisti fl-isptarijiet tagħna li aħna nistgħu nkomplu noffru servizzi tas-saħħa tal-ogħla livell. U hu permezz ta’ dawn l-istess tobba ġodda li aħna ta’ kull sena nżidu s-servizzi tagħna biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu l-aqwa servizz mediku li jibqa’ meqjus bħala wieħed mill-aħjar 10 servizzi tas-saħħa fid-dinja”, qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.