Fil-preżent, ir-reġistru għad-donazzjoni tal-organi fih 'il fuq minn 23,000 reġistrazzjoni. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt għotja ta' iżjed reġistrazzjonijiet miġbura mill-ħaddiem tal-Actavis. Dawn il-ħaddiema rappreżentanti mill-management tal-istess kumpanija taw lid-Deputat Prim Ministru madwar 100 reġistrazzjoni.
Id-Deputat Prim Ministru rringrazzja lill-Actavis għall-ġest nobbli li għamlu, u ħeġġeġ biex aktar kumpaniji jingħaqqdu flimkien u jsiru donaturi tal-organi.