Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr192299

PR192299

28/10/2019

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Seminar għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa dwar l-istrateġija nazzjonali tas-saħħa


“Filwaqt li ħafna minnha mheddijin fix-xogħol tagħna nfejqu n-nies, id-dinja ta’ madwarna qed tinbidel. Anke l-qasam tas-saħħa jrid jinbidel biex ikun aktar riflessjoni tas-soċjeta ta’ madwaru, għaldaqstant l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa 2020-2030 trid tiġbor fiha dan kollu.” Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt li kien qiegħed jindirizza seminar għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa dwar l-istrateġija nazzjonali għas-saħħa 2020-2030.

Dan is-seminar ta opportunità lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna jgħidu fejn jixtiequ li s-settur jimxi fid-deċennju li ġej. Dan qabel li l-istrateġija tkun pubblikata bħala dokument għall-konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin.

Preżenti għal dan is-seminar kien hemm ukoll il-Professur Sam Everington u Dr Alistair Chester, mill-Queen Mary University of London u Barts Health NHS Trust, rispettivament.