gov.mt

PR201569

PR201569

18/08/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU, MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR: Malta tippubblika lista ta’ pajjiżi fuq l-amber list

Minn nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu 2020, f’nofsillejl, se tidħol fis-seħħ legal notice li tgħid li kull min jasal f’Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel irid jissottometti ċertifikat ta’ riżultat negattiv ta’ COVID-19 Polymerase Chain Reaction (PCR) test. Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina. 
 
- Bulgarija
- Rumanija
- Spanja (applikabbli għall-passiġġieri li ġejjin minn Barċellona, Girona u Madrid)

Il-passiġġieri kollha li ġejjin minn dawn id-destinazzjonijiet għandu jkollhom ċertifikat ta’ swab test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira.

Il-lista ta’ pajjiżi fuq din l-amber list se tkun aġġornata minn żmien għal żmien.