Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201582

PR201582

21/08/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta' 72 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.


L-anzjan kellu diġà kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-Covid.

 
Huwa ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta' Awwissu u beda jingħata kura fl-Isptar St. Thomas, u aktar tard ġie trasferit għall-Mater Dei.


Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.​