PR201604

25/08/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR: Malta tippubblika lista aġġornata ta’ pajjiżi fuq l-amber list

​Mill-Ġimgħa, 28 ta' Awwissu 2020, f'nofsillejl, bis-saħħa tal-artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-2020 dwar Ittestjar Mandatorju, ser tiġi riveduta l-lista ta' pajjiżi li tissemma fl-istess regolamenti. Kull persuna li tasal f'Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel għandha tissottometti ċertifikat li juri riżultat negattiv ta' COVID-19 Polymerase Chain Reaction test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira. Passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.

Il-pajjiżi tal-lista riveduta huma;​

Il-Bulgarija;

Ir-Rumanija;

Ir-Repubblika Ċeka

Spanja - Barcelona, Girona, Madrid;

It-Tuneżija.