Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201624

PR201624

30/08/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta' 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

 

Hu ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta' Awwissu wara li ddaħħal l-isptar fit-23 ta' Awwissu. Kif inhi proċedura għal kull admission fl-isptar, ir-raġel ġie sottopost għal swab test fejn instab li kien pożittiv. Wara beda jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

 

Huwa kellu problemi ta' saħħa ulterjuri.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.​