Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202473

Pr202473

04/12/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Ħatra ta’ Segretarju Permanenti

Is-Sur Matthew Vella ġie maħtur Segretarju Permanenti responsabbli kemm mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.

 

Mill-2018, is-Sur Matthew Vella qeda l-funzjoni ta' Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, u qabel dan, mill-2015, kien Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.

 

Is-Sur Vella ngħata l-ħatra mill-President ta' Malta, b'seħħ mil-lum, il-Ġimgħa 4 ta' Diċembru 2020.​