gov.mt

pr202589

PR202589

15/12/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Interess qawwi fil-kompetizzjoni ‘X’tixtieq issir la tikber?’

Il-kompetizzjoni mmirata għat-tfal tar-raba’, tal-ħames u tas-sitt sena primarja, bit-tema ‘X’tixtieq issir la tikber?’, intlaqgħet tajjeb ħafna minn studenti u edukaturi, tant li fl-ewwel jiem tagħha daħlu diġà għexieren ta’ sottomissjonijiet.   

 

F’din il-kompetizzjoni, it-tfal huma mistiedna joħolqu tpinġijiet, postcards, mudelli, artikli, stejjer, filmati qosra jew produzzjonijiet artistiċi relatati mat-tema ‘Servizz Pubbliku – X’tixtieq issir la tikber?’.

 

​Id-dettalji u r-regolamenti tal-kompetizzjoni kif ukoll il-filmat animat jistgħu jiġu aċċessati minn fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku. 

 

(Link: https://www.facebook.com/servizzpubbliku/videos/521614318794517​​)

 

L-artikli, l-istejjer, it-tpinġijiet jew ritratti tal-produzzjonijiet għandhom jiġu skennjati u jintbagħtu b’email lil info.pps@gov.mt sad-29 ta’ Jannar 2021 f’nofsinharHemm numru sabiħ ta’ premjijiet abbinati ma’ din il-kompetizzjoni, fosthom tablets, cameras tar-ritratti u vouchers li jissarrfu f’biljetti għall-familja kollha fl-Akwarju Nazzjonali u fil-ħanut online ta’ Heritage Malta. L-Amministrazzjoni Pubblika se tkun qed taħdem ukoll biex kull min jieħu sehem fil-kompetizzjoni jingħata ċertifikat u jkollu xogħlu espost f’wirja diġitali.