Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202680

PR202680

28/12/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Is-Sur Ian Deguara maħtur Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jħabbar li s-Sur Ian Deguara ġie maħtur bħala l-Kummissarju l-ġdid għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. 

Is-Sur Deguara hu gradwat fl-Informatika u l-Amministrazzjoni mill-Università ta’ Malta. Hu kien wieħed mill-ewwel impjegati li ffurmaw l-Uffiċċju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mat-twaqqif tiegħu fl-2002. Tul is-snin ta’ servizz f’dan l-uffiċċju, Ian Deguara okkupa diversi rwoli u fforma parti mit-task force nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) skont ir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea.  Sa minn Jannar 2020, is-Sur Deguara serva bħala Deputat Kummissarju.
 
Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis jifraħ lis-Sur Ian Deguara għal din il-ħatra u jawguralu kull suċċess f’din il-kariga li se jokkupa għas-snin li ġejjin.
 
Il-Ministru Edward Zammit Lewis itemm jirringrazzja lill-eks Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, s-Sur Saviour Cachia, għas-servizz li ta lill-Istat Malti matul is-snin li għaddew.
 
Ritratt: MJEG