Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200215

PR200215

11/02/2020

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Il-Ministru Edward Zammit Lewis jiltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali mal-Kamra tal-Avukati

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis irringrazzja lill-Kamra tal-Avukati għall-irwol proattiv li din dejjem tieħu. Id-diskussjoni bejn iż-żewġ naħat żvolġiet fuq żewġ materji importanti.

 

L-ewwel waħda hija l-ħatra u t-tneħħija tal-ġudikanti, u r-riforma tal-istess ġudikanti fejn dejjem għandu jintuża bħala bażi r-rapport tal-Kummissjoni Venezja. Il-Ministru Edward Zammit Lewis semma li din hija prijorità assoluta u talab li jaħdem id f'id mal-Kamra tal-Avukati sabiex jinstab l-aħjar metodu u fl-iqsar żmien possibbli.

 

Il-Kamra tal-Avukati semmiet l-importanza wkoll li tgħaddi l-liġi dwar ir-regolarizzazzjoni tal-professjoni legali. Il-Ministru wiegħed li din ser tingħata prijorità wkoll wara li jgħarbel sew ir-riperkussjonijiet tagħha fuq kull min hu involut.

 

Il-Ministru Zammit Lewis semma li ser ikun impenjat sabiex iċ-ċittadin li għal xi raġuni jew oħra jidħol il-Qorti jkun iċ-ċentru ta' kwalunkwe tibdil li għandu jiġi propost u awgura li l-Ministeru u l-Kamra tal-Avukati jaħdmu spalla ma' spalla sabiex jitwettqu r-riformi li huma meħtieġa.