Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200327

PR200327

27/02/2020

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-koabitazzjoni bi qbil mal-Kunsill Nutarili


 

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis iltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali mall-Kunsill Nutarili. Huwa rringrazzja lill-Kunsill għall-irwol proattiv li dan dejjem jieħu u faħħar ix-xogħol professjonali li huma jagħmlu.

 

Il-Ministru Zammit Lewis semma kemm il-Kunsill Nutarili kienu kruċjali fil-qasam tal-identità tal-ġeneru fejn ġew introdotti mekkaniżmi ġodda f’dan ir-rigward u fejn ġew implimentati min-nutara bl-aktar mod effiċċjenti maċ-ċittadin Malti u Għawdxi.

 

Il-Ministru Edward Zammit Lewis ħabbar li fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni u minn hemm ikun jista’ jibda l-proċess tal-Gvern sabiex dan l-istess abbozz jiġi diskuss fil-Kamra tad-Deputati u kemm jista’ jkun malajr ssir liġi sabiex iċ-ċittadini jkollhom ċertezza legali dwar il-pożizzjoni tagħhom.

 

Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Nutarili faħħru kif dan il-Gvern sema’ il-proposti tagħhom. Huma qalu li rigward l-abbozz il-ġdid tal-koabitazzjoni mal-ewwel sabu l-ispazju sabiex jippreżentaw il-proposti tagħhom f’kuntest ta’ djalogu strutturat.

 

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis awgura sabiex il-Ministeru u l-Kunsill Nutarili jaħdmu flimkien għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u sabiex din il-professjoni li ilha magħna mis-seklu ħmistax tibqa’ tissaħħaħ u taqdi b’mod effiċjenti u b’ċertezza liċ-ċittadini tagħna.

 

 ​

​​​