Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200050

PR200050

15/01/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jagħżel il-kabinett ġdid tiegħu

Illum wara nofsinhar se jkun qiegħed jieħu l-ġurament tal-ħatra l-kabinett il-ġdid li għażel fl-aħħar sigħat il-Prim Ministru Robert Abela.

Id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru huma bbażati fuq il-prijorità li l-pajjiż ikompli miexi ‘l quddiem b’sens ta’ kontinwità filwaqt li jkompli jwettaq ir-riformi meħtieġa.  

Il-kabinett il-ġdid jirrikonoxxi s-suċċess ekonomiku tal-pajjiż u jikkonferma r-rieda tal-gvern li jindirizza iktar l-aspirazzjonijiet ġenwini tal-familji u t-titjib soċjali tal-komuntajiet. Fost oħrajn, oqsma bħall-akkomodazzjoni soċjali, il-wirt nazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-annimali ttellgħu fuq livell ministerjali. 

Il-Ġustizzja u l-Governanza kif ukoll l-Ambjent u l-Ippjanar ġew ikkonsolidati f’ministeru wieħed filwaqt li l-Infurzar tal-Liġi ngħata responsabbiltà ministerjali flimkien mal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. 

L-oqsma Ewropej u barranin ingħaqdu f’dekasteru wieħed sabiex pajjiżna jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.


Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett il-ġdid:

Chris Fearne
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

Evarist Bartolo
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Edward Scicluna
Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Michael Farrugia
Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma

Owen Bonnici
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

José Herrera
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Carmelo Abela
Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (responsabbli mill-iżvilupp sostenibbli, djalogu soċjali u implimentazzjoni tal-manifest elettorali)

Ian Borg
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Justyne Caruana
Ministru għal Għawdex

Michael Falzon
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Edward Zammit Lewis
Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Roderick Galdes
Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Silvio Schembri
Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Julia Farrugia Portelli
Ministru għat-Turiżmu

Aaron Farrugia
Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Clint Camilleri
Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur

Byron Camilleri
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi


Dawn huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett il-ġdid:

Stefan Zrinzo Azzopardi
Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Clayton Bartolo
Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Clifton Grima
Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Chris Agius
Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali

Silvio Parnis
Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Rosianne Cutajar
Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Deo Debattista
Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur

Alex Muscat
Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi