Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200115

PR200115

28/01/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Wara li l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħadet parir legali fuq il-kuntratt li ngħata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lill-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi f'Diċembru 2019, ingħataw struzzjonijiet lill-Awtorità biex dan il-kuntratt jiġi terminat u mħassar b'effett immedjat. F'dan l-istadju l-ministeru jista' jikkonferma li qatt ma saru ħlasijiet b'rabta ma' dan il-kuntratt.