Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200135

PR200135

30/01/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis jawgura lill-Imħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Ramona Frendo, li f’seduta plenarja li saret ilbieraħ, ġiet eletta biex isservi fil-Kumitat ta’ Tmexxija (Conseil de Gestion) tal-istess Qorti sa Awwissu 2022. 

Il-Kumitat ta’ Tmexxija, li għadu kif twaqqaf, huwa l-uniku wieħed fi ħdan il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li l-membri tiegħu jiġu eletti, u mhux nominati. Dr Frendo ġiet eletta mal-ewwel u b’hekk, flimkien ma’ erba’ ġudikanti oħra,  hija l-ewwel Maltija li se sservi f’din il-kariga prestiġjuża u li tagħmel unur lil pajjiżna.