Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200139

PR200139

30/01/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza ħa nota tas-sentenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) mogħtija llum mill-Imħallef Joseph Zammit Mckeon fil-każ ‘Emanuel Delia kontra l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara’.

Wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru u mal-Avukat tal-Istat, il-Ministeru jtenni illi l-gvern mhuwiex se jappella mis-sentenza, u dan minkejja d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi. 

Id-deċiżjoni tal-gvern li ma jappellax mis-sentenza qed issir b’konsistenza mal-pożizzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela dwar dan il-każ.