Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201478

PR201478

31/07/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Fekruna bl-isem ta’ Dodo ġiet rilaxxata fil-baħar wara sena ta’ rijabilitazzjoni

Fekruna bl-isem ta' Dodo ġiet rilaxxata dalgħodu f'Għajn Tuffieħa wara li għaddiet minn proċess ta' rijabilitazzjoni, grazzi għal Nature Trust – FEE Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

 

Waqt attività edukattiva mtella' minn Nature Trust Malta, li kienet tinkludi ukoll beach cleanup mat-tfal u rilaxx ta' fekruna, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia irringrazzja lill-voluntiera kollha inkluż ir-rangers tal-Park tal-Majjistral kif ukoll lill-ERA għax-xogħol importanti li qed iwettqu favur il-protezzjoni tal-bijodiversità marittima. Huwa spjega kif bħalissa il-bijodiversità tinsab fil-quċċata tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea u bħalissa waqt il-Presidenza Ġermaniża, u li l-ministeru qed imexxi u jippromwovi numru ta' inizjattivi favur aktar protezzjoni tal-bijodiversità, fosthom linji gwida ġodda dwar it-tniġġis bid-dawl, u l-kampanja Saving our Blue li hija mmirata sabiex tnaqqas l-iskart fuq il-bajjiet u l-użu ta' single-use plastics. 

 

L-ERA hija ngaġġata fi ftehim man-Nature Trust Malta biex tassisti finanzjarjament fis-salvataġġ u r-riabilitazzjoni tal-fawna midruba.

 

Il-President ta' Nature Trust Malta, Vince Attard, spjega kif Dodo instabet b'ferita kkawżata minn sunnara tas-sajd u ġiet medikata u riabilitata tul l-aħħar sena. Hu qal kif fil-preżent, numru kbir ta' sajjieda qed jirrappurtaw għad kbir ta' fkieren u b'hekk Dodo għandha ċans tajjeb li tingħaqad ma' fkieren oħrajn fl-ibħra Maltin.

​​