Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201048

PR201047

02/06/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Sal-aħħar ta’ Lulju se jitlestew 600 qabar ġdid fiċ-ċimiterju tal-Addolorata

​​

Ix-xogħlijiet fuq l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata għaddejjin b' rittmu mgħaġġel, tant li sal-aħħar ta' Lulju se jkunu tlestew 600 qabar ġdid. Dan ifisser li fix-xhur sussegwenti se jiskatta il-proċess legali tax-xiri tal-oqbra skont il-konvenji li huma diġà ffirmati mal-Gvern.

 

Waqt żjara fuq is-sit tal-estenjoni, li hija mifruxa fuq mhedda ta' 26,000m2, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif bir-rata tax-xogħlijiet hu mistenni li tul ix-xhur li ġejjin jitlestew mijiet ta' oqbra oħra.

 

B'kollox se jinbnew 2,880 qabar ġdid, li wħud minnhom għadhom jistgħu jinxtraw mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali.

 

Dan il-proġett, li qed isir mill-konċessjonarju Campo Santo, jinkludi wkoll r-restawr ta' diversi statwi u kif ukoll ta' binjiet ta'valur arkitettoniku bħall-kappella taċ-ċimiterju, kif ukoll it-tisbieħ ġenerali u l-manutenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. ​​