Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201061

PR201061

04/06/2020

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA: L-istati membri jħejju ruħhom sabiex is-sistemi ġudizzjarji tagħhom imorru għan-normal


Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis attenda b'mod virtwali għal-laqgħa informali tal-Ministri responsabbli mill-ġustizzja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropeja.

 

Fost is-suġġetti li ġew diskussi kien hemm l-isfida tal-Covid-19 u kif din laqtet is-sistemi ġudizzjarji tal-istati membri rispettivi. Kien hemm qsim ta' ideat dwar kif kull stat membru ħejja ruħu għal din l-isfida bla preċedent, kif wkoll sabex jiġi aċċertat li d-drittijiet umani ta' kull ċittadin tal-Unjoni Ewropeja jibqgħu dejjem garantiti. Ġie diskuss wkoll kif issa l-qrati fi ħdan l-istati membri qed iħejju ruħhom biex jerġgħu jibdew joperaw viċin għan-normal.

 

Ġie diskuss wkoll regolament dwar normattiva komuni u universali fl-istati membri fejn jidħlu obbligi ċivili u kummercjali. Hawnhekk, il-Ministru Edward Zammit Lewis saħaq li hemm il-ħtiega li fuq dan is-suġġett isir aktar xogħol fuq livell tekniku mingħajr aktar dewmien, għaliex jekk jintlaħaq qbil u tali regoli jiġu applikati fl-istati membri kollha, dan jgħin aktar is-suq komuni u intern tal-UE.

 

Finalment, ingħata rendikont tal-iżviluppi li saru dwar l-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Hawnhekk, il-Ministru Edward Zammit Lewis għamel ċar l-impenn tal-gvern dwar dan il-proġett li Malta issieħbet fih f'Awwissu tas-sena 2018. Malta offriet l-impenn sħiħ tagħha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi li tkun għaddejja f'aktar minn stat membru wieħed kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.​