Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201125

PR201125

15/06/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Tilqim kontra l-meninġite b’xejn fuq il-formularju tal-Gvern

​Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda żewġ vaċċini ġodda għal kontra l-meninġite li se jibdew jingħataw lit-trabi li twieldu din is-sena. Dawn huma kontra l-meninġite B u kontra l-meninġite ACWY. 


Dawn iż-żewġ tilqimiet se jkunu qed jipproteġu lit-tfal Maltin kontra l-meninġite. F’pajjiżna ta’ kull sena jkollna madwar 10 każijiet kull sena ta’ meninġite li f’ċertu każijiet iwasslu għal mewt. 

Sa issa t-tilqim tal-meninġite f’ħafna każijiet kien jingħata biss fil-privat. Bit-tilqim imħabbar illum u dik imħabbra fl-aħħar ġimgħat kontra pneumonite u mard ieħor fosthom ukoll il-meninġite, il-ġenituri Maltin se jkunu qegħdin jiffrankaw mas-€700 għal kull wild. 

“Dan ifisser li l-Gvern qed jinvesti ‘l fuq minn €3 miljun għal dawn is-servizzi. Ta’ kull sena fit-taqsima tal-kura primarja jingħataw madwar 70,000 tilqima li l-maġġoranza tagħhom jingħataw lit-tfal”, qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. 

Bl-introduzzjoni ta’ dan it-tilqim issa hemm total ta’ tmien tilqimiet differenti li jagħti b’xejn il-Gvern li b’kollox jipproteġi minn 16-il marda serja.