Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201213

PR201213

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI: Il-Ministru Scicluna jiġi ppreżentat bir-Rapport Annwali tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ġie pprreżenat bir-rapport annwali għas-sena ta' ħidma 2019 tal-Bord ta' Reviżjoni dwar il-Kuntratti (PCRB), liema rapport ta' ħidma ġie spjegat miċ-Ċermen tal-Bord Dr Anthony Cassar.

 

Il-Ministru Scicluna laqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati miksuba mill-Bord ta' Reviżjoni dwar il- Kuntratti u qal li huwa kburi bl-istandards professjonali li dan il-Bord qed jitmexxa bih. Il-Ministru Scicluna qal, “Dan il-Bord jirrifletti l-karatteristiċi ta' organizzazzjoni li qed titmexxa tajjeb. Dan il- Bord ma ddejjaq qatt jagħti rapporti dettaljati tal-ħidma tiegħu li juru l-progress li qed isir, mhux progress ta' sena waħda biss iżda progress irreġistrat fuq medda ta' snin. Dan ma sarxb'kumbinazzjoni iżda huwa mertu għan-nies professjonali li dan il-Bord iħaddan, li ma jiddejqu xejn jieħdu d-deċiżjonijiet."

 

Il-Ministru Scicluna saħaq fuq l-importanza li kull ministeru għandu jrawwem fih nies professjonali fil-finanzi li jieħdu ħsieb in-nefqa. Il-Gvern qiegħed jaħdem ħafna fuq dan l-aspett għaliex bħalissa bħala pajjiż qed neqilbu għal accruals system, li hija sistema internazzjonali bi standards iktar għoljin. Din is-sistema, li swiet lill-Gvern ammonti konsiderevoli ta' flus, hija essenzjali għaliex ser iżżid ittrasparenza.

 

L-istess irid jingħad għal dak li għandu x'jaqsam ma' governanza u bħala pajjiż aħna kommessi li mmorru għall-iktar standards għoljin.

 

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji bi pjaċir innota li fl-2019 il-Bord irnexxielu jkompli jżomm il-perjodu ta' proċessar mal-perjodu ta' żmien stipulat għal dak ta' 15-il jum.

 

Il-Ministru Scicluna għalaq billi rringrazzja lill-Bord, immexxi minn Dr. Anthony Cassar, tal-ħidma siewja u professjonali li qed jagħmel.

​