Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200430

PR200430

09/03/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Liġi li jaħdem biha kulħadd u li tagħti ħarsien adegwat lill-vulnerabbli


 

Wara qbil mal-Kunsill Nutarili u mal-Kamra tal-Avukati, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, fil-jiem li ġejjien ser jippreżenta liġi ġdida tal-koabitazzjoni li jaħdem biha kulħadd u li tagħti ħarsien adegwat lill-vulnerabbli, speċjalment lill-mara.

 

Il-Ministru Edward Zammit Lewis beda billi rringrazzja lil kull min kien parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni – proċess li għal dan il-Gvern u l-Ministeru mhux biss simboliku jew kożmetiku. Dan huwa Gvern li jisma però wkoll Gvern li jiddeċidi f’qasir żmien. Fattwalment, bqajna nisimgħu ukoll wara li l-abbozz oriġinali sar liġi.

 

Huwa għalaq li l-għan tagħna jibqa’ li kull familja tiġi rikonoxxuta u mħarsa mill-istat. Il-koabitazzjoni hi mudell ieħor li tirrikonoxxi familji li għal kwalunkwe raġuni, jħossuhom iktar komdi li ma jiżżewġux, jew ma jidħlux f’unjoni ċivili. Aħna nirrispettaw bis-sħiħ l-għażliet tagħhom, u b’dan l-Att, qed inżidu l-ħarsien għalihom.

 

Min-naħa tagħhom, il-Kunsill Nutarili u l-Kamra tal-Avukati, saħqu li dan il-Gvern sema’ u laqa’ l-proposti tagħhom biex b’hekk issa għandna Att li jagħti aktar serħan-il moħħ lil kull min jagħżel li juża din il-liġi.

 

Fi preżentazzjoni min-naħa tad-Direttorat għad-Drittijiet Umani u Integrazzjoni, spjegaw kif l-Istat qiegħed jirrikonoxxi forma waħda ta’ koabitazzjoni, dik permezz ta’ att pubbliku ta’ koabitazzjoni, u allura qiegħed jelimina l-koabitazzjoni de facto, u dik b’dikjarazzjoni unilaterali.

 

​ ​pr200430d.pptx

​​​