Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200472

PR200472

13/03/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Jiġi preżentat l-abbozz li jassigura ugwaljanza ugwali bejn is-sessi fil-Kamra tad-Deputati

​​

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ippreżentaw formalment lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia abbozz dwar ir-riforma li ser twassal biex wara l-Elezzjoni ġenerali li jmiss kważi 40% tal-Kamra tad-Deputati jkunu nisa u taċċerta rappreżentanza b'saħħitha.

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa' b'mod pożittiv dan l-abbozz storiku. Hu tkellem dwar meta wieħed jara l-istorja politika Maltija, fl-1947, Malta kienet l-ewwel pajjiż tal-Commonwealth li ta d-dritt tal-vot lill-mara. Għalhekk l-Ispeaker tal-Kamra qal li din l-inizzjattiva ħa tkun qed tindirizza n-nuqqas ta' rappreżentanza femminili fil-Kamra tad-Deputati.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis saħaq li din l-istess riforma ħa tkun qed issaħħaħ id-demokrazija ta' pajjiżna. Il-Ministru Zammit Lewis tenna li l-irwol tal-mara f'kull livell tas-soċjetà Maltija huwa essenzjali sabiex ikollna soċjetà aktar ugwali.

Huwa għalaq billi qal li dan l-abbozz rivoluzzjonarju ser ibiddel il-mod ta kif isiru l-affarijiet. L-istorja għalmitna li mill-Indipendenza 'l hawn kienu ftit nisa li rrapreżentawna fil-Kamra tad-Deputati, illum qed nuru biċ-ċar illi din hija riforma b'saħħita li ser tkun qed ittejjeb il-kwalità u l-profondità ta' dak li ha nkunu qed niddiskutu.​

Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar tenniet li dan hu verament mument storiku li ħa jwassal biex fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ikollna bilanċ bejn is-sessi. Hija sostniet li ser tibqa' taħdem b'impenn sħiħ biex aktar nisa jidhlu fid-dinja tal-politika ghax temmen bi sħiħ li bil-kontribut ta' aktar nisa il-livell ta' politika f'pajjiżna se jogħla u se jinkisbu aktar successi.