Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200475

PR200475

13/03/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA

It-tribunali lokali temporanjament magħluqa bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus


Wara diskussjonijiet bejn il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, ġie deċiż li jingħalqu it-tribunali lokali kollha b’effett immedjat sakemm joħroġ avviż ieħor.  

Il-kawżi pendenti se jkunu differiti għal ġranet oħra, li se jkunu kkomunikati fi żmien li ġej. 

Din id-deċiżjoni, bħad-deċiżjonijiet l-oħra li l-Gvern qed jieħu f’dan il-perjodu, qed tittieħed bħala mezz ta’ prekawzjoni biex kemm il-ħaddiema tat-tribunali lokali kif ukoll il-klijenti jkunu protetti mit-tixrid tal-Coronavirus.