Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200502

PR200502

16/03/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Għal mistoqsijiet dwar l-operat tal-Qorti – 2590 2000


 

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza qed jassigura l-ħarsien tas-saħħa b’miżuri li jħarsu lill-ħaddiema u ċ-ċittadini li jiffrekwentaw il-Qorti.

 

Is-seduti quddiem il-ġudikanti ġew sospiżi b’effett mis-16 ta’ Marzu ‘l quddiem, kif ukoll mhux ser ikun possibli li jiġu preżentati atti fir-reġistri kollha. Din il-miżura qed tgħin biex titnaqqas b’mod drastiku l-preżenza tal-professjoni legali u tal-pubbliku inġenerali.

 

Ittieħdu miżuri oħrajn biex, sa fejn hu possibli, impjegati tal-Qorti jkunu jistgħu jaħdmu ukoll bit-telework, dan filwaqt li baqgħet tkun imħarsa s-saħħa tal-ħaddiema.

 

Għal dan l-għan, kull min ikollu diffikultà jista’ jċempel il-helpline tal-Qorti fuq 2590 2000.

​ ​