Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200518

PR200518

18/03/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Sospensjoni ta’ dawk it-termini li jirrigwardaw il-ħidma tan-Nutara Pubbliċi


 

Wara diskussjonijiet bejn il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis, u l-President tal-Kunsill Nutarali Dr Clinton Bellizzi, ġaladarba ġie ordnat li jingħalaq il-Qorti fl-interess tas-sigurtà u s-saħħa tal-Maltin u Għawdxin kollha, konsegwentament ġew sospiżi dawk it-termini li jirrigwardaw il-ħidma tan-Nutara Pubbliċi.

 

​Il-Ministru Zammit Lewis jagħmel referenza għall-fatt li ġie ppubblikat l-Avviż Legali sabiex din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ minn nhar it-Tlieta, 18 ta’ Marzu 2020. Din id-deċiżjoni ġiet wara li ħadna l-kunsiderazzjonjiet kollha, u dan b’għan li jiġu mħarsa n-Nutara Pubbliċi, il-ħaddiema kollha f’dan il-qasam, u dawk il-persuni kollha li jużaw is-servizzi msemmija fl-Avviż Legali, u dan biex jittieħdu l-prekawzjonijiet kontra tixrid tal-COVID-19 fl-aħjar interess tas-sigurtà u s-saħħa tal-Maltin u Għawdxin kollha.​