Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200546

PR200546

24/03/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Malta t-tielet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed jagħmel testijiet għal Covid-19

​​Ir-rata ta’ testijiet li qegħdin isiru f’pajjiżna b’rabta mal-Covid-19 hija waħda mill-aktar għolja ras imb’ras fl-Ewropa. Fil-fatt, Malta hija t-tielet pajjiż Ewropej fejn l-aktar li qed isiru testijiet.


Aktar kemm isiru testijiet, aktar wieħed jista’ jsib persuni li huma pożittivi u jkun jista’ jiżolahom, u jkunu jistgħu jiġu identifikati u mpoġġija fi kwarantina l-kuntatti li wieħed kellu. 

L-aktar pajjiż Ewropej li qed isiru testijiet għall-Covid-19 huwa l-Iżlanda, segwit min-Norveġja u wara Malta. 

Il-laboratorju tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei mil-lum beda wkoll iżżid l-ammont ta’ testijiet li qiegħed jittestja. Fil-fatt, issa se jibdew jiġu ttestjati l-iswabs għall-Covid-19 f’erba’ ħinijiet differenti matul il-ġurnata, minflok tlieta, kif kien qed isir s’issa.

Fil-ġranet li ġejjin, f’pajjiżna se jkunu wkoll qed jiżdiedu żewġ faċilitajiet oħra fejn isiru l-iswabs. Fil-fatt, minbarra l-iswab hub ta’ Ħal Farruġ, se jiżdied wieħed fix-Xewkija, Għawdex, u ieħor f’Pembroke.