Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia
Portelli ħadet nota tal-konklużjonijiet tar-rapport maħruġ mill-Kummissarju
għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler dwar il-każ miftuħ
mill-organizzazzjoni Repubblika s-sena li għaddiet meta l-Ministru Farrugia
Portelli kienet tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju
tal-Prim Ministru.
Il-każ kien jitratta l-intervista tagħha fi produzzjoni tal-Aġent tal-Programm
ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP) Chetcuti Cauchi.
Il-Ministru Farrugia Portelli tirrikonoxxi l-fatt li fir-rapport tiegħu
l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jagħmilha ċara li l-aġir
tagħha bl-ebda mod ma sar b’xi intenzjoni ħażina.
Aktar minn hekk, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda
li l-fatt li l-filmati tneħħew huwa minnu nnifsu rimedju f’dan il-każ.