Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200825

PR200825

05/05/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

​​

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta' 81 sena huwa l-ħames persuna li miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f'pajjiżna.

L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech, kellu kumplikazzjonijiet oħrajn ta' saħħa.

L-anzjan miet fl-Isptar Karin Grech matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella mill-ġdid biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa. ​

Il-Ministeru jtenni li huwa ferm importanti li għalkemm bdew jiġu rrilassati xi miżuri, l-anzjani u persuni oħra vulnerabbli joħroġu biss għal raġunijiet essenzjali.