Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200845

PR200845

07/05/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA, U L-GOVERNANZA

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza, ħa konjizzjoni tas-sitwazzjoni dwar l-Avukat Charles Mercieca, li kien f’impjieg fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u li wara li temm dan l-impjieg, qed jassisti lis-Sur Yorgen Fenech fi proċedimenti quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.


Il-ministeru jagħmilha ċara li wara d-debiti verifiki mal-istess Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, irriżulta li l-avukat in kwistjoni qatt ma ħadem fuq il-proċessi ġudizzjarji konnessi mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u lanqas ma’ xi proċess konness mas-Sur Fenech. 

Madanakollu, id-deciżjoni tal-avukat in kwistjoni li jassumi l-patroċinju tas-Sur Yorgen Fenech f’dan il-mument bikri hi insensittiva.

Il-ministeru, filwaqt li jesprimi d-diżappunt tiegħu, itenni li kien jistenna prudenza u kawtela akbar kemm mill-avukat u mid-ditta legali li hu mar jaħdem magħha.

Il-gvern huwa determinat li jibqa’ għaddej b’riformi istituzzjonali li jsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna, u li jassigura li ssir ġustizzja xierqa ma’ kulħadd.